Filmat: Għal min se jkun il-Golden Buzzer illejla?

Episode 2 | Promo

Episode 2️⃣ HERE WE COME!This Sunday at 20:50 on Television Malta! 👋#MaltasGotTalent

Posted by Malta’s Got Talent on Wednesday, October 7, 2020

It-tieni programm mill-ewwel staġun ta’ Malta’s Got Talent se jkun qed jixxandar illejla għall-ħabta ta’ 8.50pm u għal ġimgħa oħra, kif jindika l-filmat, se jkun hemm wirja partikolari li se tispikka aktar mill-oħrajn, tant li llejla se jkun Howard Keith Debono li se jagħfas il-Golden Buzzer.

Il-ġimgħa l-oħra Ray Attard għafas il-Golden Buzzer għal Christian, li għad għandu ħames snin. Huwa kien jaf bl-amment il-pajjiżi kollha li hemm fuq il-mappa, u semma’ wkoll pajjiżi li wisq probabbli ħafna nies lanqas biss kienu jafu li jeżistu!

It-tifel kien twieled wara tqala diffiċli u żgur li qatt ma għaddha minn moħħ il-ġenituri tiegħu li kien se jkollhom ġenju u li kien se jispikka fuq ħafna talent ieħor waqt l-ewwel edizzjoni tal-Malta’s Got Talent.

Christian, u dawk kollha li jiksbu l-Golden Buzzer, se jkunu qed jgħaddu dirett għal-live shows. Dawk kollha li jgħaddu għall-finali ikun qed jidħol fiċ-ċans li jirbaħ il-premju grandjuż ta’ 25000.

Il-ġurija hija ffurmata minn Howard Keith Debono, Maxine Aquilina, Ray Attard u Sarah Zerafa. Il-programm għandu l-preżentazzjoni ta’ Gordon Bonello u bi produzzjoni ta’ Mint Media.