Filmat: Għajnuna ta’ tagħlim lit-tfal tal-Kottonera minn Spiro Mizzi Foundation

“Nemmen li l-aktar żona bil-bżonn tal-għajnuna hija l-Kottonera,” ikkummenta il-Kav. maurice Mizzi, fundatur tal-iSpiro Mizzi Foundation.

Hu qal dan waqt l-intervista li tidher fil-filmat f’din il-paġna, fejn jispjega kif bdiet taħdem din il-Fondazzjoni u l-għajnuna li tagħti it-tfal tal-Kottonera, speċjalment mill-qasam edukattiv.

Ovvjament il-pandemija tal-Covid-19 xejn ma tgħin u t-tfal tal-Kottonera jistgħu jattendu xi wieħed minn dawn proġetti, li qed isiru waqt li jiġu mħarsa l-protokolli tas-sigurtà.

Huwa jitkellem ukoll dwar kif min irid jista’ jgħin lill-Fondazzjoni, jew inkella qed jappella biex jagħti gvieret, xugamani u xi platti lin-nies tal-Kottonera li jinsabu fil-bżonn.