Filmat: “Għaġeb bin-nirien tal-lum; ngħixu biż-żibel kuljum”

L-aħbar tan-nirien fil-Magħtab kien fuq fomm kulħadd dalgħodu.

Newsbook.com.mt kellem ma’ Edward Mercieca li joqgħod il-Magħtab biex naraw kif in-nirien affetwaw lilu u l-familja tiegħu… u sibna li, milli jidher, hemm ħafna iktar problem f’dawn l-inħawi milli ‘semplici’ nar.

Edward Mercieca huwa id-direttur ta’ FM Theatre Productions li jinkorpora ukoll Stagecoach Malta u SportsKidz Malta.