Filmat: Għaffeġ sew il-flixkun

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=KXs-Dr2wGuI]

 
Għaffeġ u rriċikla. Dan huwa l-messaġġ li GreenPak flimkien ma’ għadd ta’ personalitajiet qed iwasslulek.
Bil-ħsieb li jitnaqqas it-tniġġis mill-plastik, ikun ottimizzat l-ispazju fil-boroż u l-kontenituri tar-riċiklaġġ, u jiżdied ir-rati tal-ġbir tal-fliexken tal-plastik, il-kampanja Crush Plastic Bottles qed tiffoka fuq il-ħtieġa li jintremew sew il-fliexken tal-plastik. It-tgħaffiġ tal-fliexken tal-plastik għar-riċiklaġġ  iġib l-għarfien dwar il-ħtieġa li jitwaqqaf il-ħmieġ u jiżdied  l-użu tar-riżorsi.
Intant għadd ta’ Kunsilli Lokali ġew onorati minn GreenPak. Il-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema rebaħ il-Best Overall Performance Award għat-tieni sena konsekuttiva. Dan l-unur jingħata lil dak il-Kunsill Lokali li jiġbor l-akbar ammont ta’ skart riċiklabbli għal kull ras.
Għat-tieni sena konsekuttiva il-Kunsill Lokali taż-Żurrieq irċieva l-Most Glass Collected Award talli ġabar l-akbar ammont ta’ ħġieġ mis-servizz ta’ wara il-bibien tad-djar li jsir kull l-ewwel Ġimgħa tax-xahar.  
Il-premju Most Responsive Community Award intrebaħ mill-Kunsill Lokali tal-Gżira peress li kiseb żieda stabbli ta’ 97% fir-rati ta’ riċiklaġġ wara kampanja ta’ edukattiva ta’ ħames xhur immexxija minn GreenPak fl-2016. Il-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan u ta’ Ħaż-Żebbuġ ukoll irreġistraw żieda sostenibbli fir-rati ta’ riċiklaġġ.
Il-Kunsill Lokali ta’ Swieqi rebaħ l-unur ta’ Most Proactive Council Award peress li żied l-għarfien dwar is-separazzjoni tal-iskart fost ir-residenti. Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun u Ħ’Attard kienu wkoll nominati għal dan l-unur. L-unur ta’ Most Supportive Locality Award mar għand il-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ Malta.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Nature Trust Malta Vince Attard ippreżenta l-award speċjali lil Kunsill Lokali ta’ Ħal Kirkop. Nature Trust Malta u GreenPak flimkien ippromwovaw il-protezzjoni tal-flora u fawna ta’ Malta permezz tar-riċiklaġġ ta’ ħwejjeġ użati u r-residenti ta’ Ħal Kirkop ġabru kważi kilo għal kull ras.