Filmat: “Għadni kif iggradwajt mill-Università taċ-Ċirku” – Matthias

Żgur li għal ħafna din kienet xi ħaġa ġdida li semgħu li teżisti l-Università taċ-Ċirku, iżda mhux għal Matthias Camilleri ta’ 28 sena mill-Mġarr.

Il-wirja tiegħu waqt Malta’s Got Talent kienet l-ewwel waħda tiegħu barar mill-iskola u bħala artist taċ-ċirku ibbaża l-wirja tiegħu fuq iċ-Chinese Pole. Ċertament mhux wirja faċli u li f’mumenti taqta’ nifs ta’ min ikun qed isegwi, iżda minkejja dan kienet wirja li wkoll impressjonat lill-erba’ membri tal-ġġurija.

Minn jaf x’se jkun qed jagħmel fil-wirja li se jkun qed jagħti fil-fażi li jmiss ta’ Malta’s Got Talent!