Filmat: Għadira misterjuża tfeġġ f’deżert tat-Tuneżija

F’deżert fit-Tuneżija feġġet għadira meqjusa misterjuża iżda li żgur qed tgħin biex residenti li joqgħodu fil-viċin jeħilsu għal ftit mis-sħana qawwija.
Numru ta’ rgħajja sabu l-għadira madwar tliet ġimgħat ilu. Għalkemm fil-bidu kienet ċara u tiġbed l-għajn, tliet ġimgħat wara ħdaret u l-kwalità tal-ilma naqas.
Esperti qed iwissu dwar efetti li l-kwalità tal-ilma, jista’ jkollu fuq is-saħħa tan-nies.
Minkejja dan, ta’ kuljum għad ta’ residenti qed imorru jgħumu fl-għadira biex itaffu ftit mit-temperaturi li qed jitilgħu sa 40 grad.
Għalkemm il-formazzjoni tal-għadira għada meqjusa misteru, xi esperti qed jgħidu li din feġġet minħabba attività siżmika li wasslet biex l-ilma ta’ taħt l-art jitla’ fil-wiċċ.