Filmat: Jinġabru €23,000 għad-Dar tal-Providenza; fadal siegħa

Aġġornat 10:54 AM

Meta l-muntanja ma tmurx għand Ron, huwa jmur għand il-muntanja

Read in English.

Matul il-maratona live fuq 103 Malta’s Heart inġabru s’issa €23,448. Din is-somma taqbeż is-somma tas-sena l-oħra li kienet €12,710.

GRAZZI ❤️ Dar Tal-Providenza SiggiewiFadal! #103maltasheart #onlyon103

Posted by 103 on Wednesday, December 30, 2020

L-Erbgħa fis-6am ingħata bidu għall-Maratona tal-103 għad-Dar tal-Providenza, li għandha tibqa’ għaddejja sal-Ħamis f’12pm. Din is-sena Arthur Caruana qed jippreżentaha flimkien ma’ Ron Briffa u Ian Busuttil Naudi.

Il-maratona se ddum 30 siegħa.

30 siegħa maratona b’risq id-Dar tal-Providenza

Posted by 103 on Tuesday, December 29, 2020

Diversi semmiegħa qegħdin jagħżlu li jikkontribwixxu f’din il-maratona, apparti d-donazzjonijiet bit-telefonati, billi jiġbru donazzjonijiet mingħand tal-familja, ħbieb u ġirien. Il-preżentatur Ron dar ukoll diversi lokalitajiet biex propju jiġbor dawn id-donazzjonijiet.

Bhalissa Ron qed idur min triq ghall-ohra jigbor id-donazzjonijiet b’risq id-Dar Tal-Providenza Siggiewi 🇲🇹 ❤️ Agħti…

Posted by 103 on Wednesday, December 30, 2020

Mingħajr irqad imma b’ħafna divertiment

Matul dawn it-30 siegħa sħaħ, Arthur, Ron u Ian qed joffru divertiment lis-semmiegħa ta’ 103 Malta’s Heart anke permezz tad-diversi bands u personalitajiet li se jingħaqdu magħhom online, sintendi minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Il-personalitajiet li se jingħaqdu fil-maratona jinkludu lill-Isqfijiet Maltin.

Is-sena li għaddiet, Arthur ippreżenta maratona ta’ 30 siegħa li ġabret kważi €13,000 għad-Dar tal-Providenza.

L-appell tal-preżentaturi

Kif tista’ tgħin din is-sena?

  • Segwi 103 Malta’s Heart minn għada l-Erbgħa fis-6am sa 12pm tal-Ħamis, 31 ta’ Diċembru
  • Segwina LIVE billi tagħfas hawn
  • Agħti donazzjoni billi tagħfas hawn
  • Ċempel fuq 5160 2012 biex tagħti donazzjoni ta’ €10 (VO 1066)
  • Ċempel fuq 5180 2014 biex tagħti donazzjoni ta’ €25 (VO 1066)
  • Ibgħat SMS fuq 5061 8922 biex tagħti donazzjoni ta’ €7 (VO 1066)