Filmat: Għada l-Imdina se tinbidel f’Ġerusalemm

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=2amhvzzOT9A]

Għada l-Imdina se tkun qed tinbidel f’Ġerusalemm għal dramm tal-passjoni bl-isem in-Nażri li jibda fit-8:00pm.
In-Nażri qed jittella’ taħt il-patroċinju tal-President Marie Louise Coleiro Preca. Minkejja li se tkun bla ħlas se jinġabru donazzjonijiet b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation.
Carpe Diem Productions għażlu li joħorġu mit-teatru u għal din is-sena jużaw it-toroq dojoq tal-Imdina bħala x-xena għad-dramm tagħhom.
Id-dramm huwa msejjes forma ta’ teatru interattiv tat-triq fejn bosta siti u palazzi fl-Imdina ser jilqgħu fihom l-episodji ewlenin tal-passjoni, waqt li l-atturi ser jitħalltu man-nies biex iwasslu bl-aktar mod ħaj u vivaċi l-akbar ġrajja li qat rat id-dinja.
Fost l-oħrajn ser jintuża s-Sur ta’ De Redin, wara l-Katidral tal-Imdina, sit li mhux soltu jkun aċċessibbli għall-pubbliku li iżda ser jintuża korteżija tal-Kapitlu tal-Katidral.
Id-dramm qed isir bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Imdina fuq kitba ta’ Cleavon Vella u direzzjoni ta’ Mario Micallef.