Filmat: “Għad m’hawn l-ebda kampanja nazzjonali għat-tiswija tal-annimali”

Moira Delia, l-attivista għad-drittijiet tal-annimali, poġġiet filmat fuq Facebook li juri qattusa li hi, flimkien ma’ oħrajn li jħobbu l-annimali, irnexxielha taqbad u li issa se tittieħed għand veterinarju biex tiġi msewwija. 

Moira qalet li “Peress li sfortunatament għad m’hawn l-ebda kampanja nazzjonali għat-tiswija tal-annimali, din hija l-ħames qattusa li nqabdet din il-ġimgħa bl-għajnuna ta’ volontiera. Dawn il-ħames qtates potenzjalment setgħu jwelldu mill-inqas 300 frieħ f’sena waħda”. 

Ritratt: Facebook/MoiraDelia

“Jekk il-gvern jieħu r-responsabbiltà li jwaqqaf kampanja nazzjonali b’xejn ta’ tiswija tal-annimali, u b’xejn ukoll għal dawk li bħalissa jitimgħu l-qtates ta’ barra fit-toroq li jħallsu biex isewwu lill-annimali, il-problema tal-annimali li jgħixu fit-toroq titnaqqas drastikament,” qalet Moira fil-post tagħha.