Filmat: “Ġesù xeħet iż-żerriegħa u ħalla f’idejn il-poplu” – il-Papa

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=se4Y6AkPHFA]

Il-Papa Franġisku qal li meta kien jitkellem Ġesù kien juża kliem ħafif biex jifhmu kulħadd u biex juri li mhux jimponi lilu nnifsu. Qal li bi kliemu Ġesù kien jixħet iż-żerriegħa mbagħad f’idejn il-poplu jekk jaċċettax iż-żerriegħa.
Fl-Anġelus fi Pjazza San Pietru, il-Papa Franġisku  qal li bil-paċenzja Ġesù jitfa’ ż-żerriegħa li tista’ tħalli l-frott jekk wieħed jaċċettaha.
Waqt li rrefera għall-parrabola taż-żerriegħa, il-Papa Franġisku qal li Ġesù għamel x-ray tal-qalb tal-biedem, fejn ħoloq analoġija bejn il-qalb u l-art.
Spjega li l-qalb tal-bniedem hija bħall-ħamrija li tista’ tkun tajba u tilqa’ l-Kelma t’Alla iżda tista’ tkun waterproof u ma taċċettax ilma biex tissaqqa u tikber.
Il-Papa Franġisku qal li mal-ħamrija hemm żewġ artijiet differenti: waħda l-art tal-ġebla fejn iż-żerriegħa ma tistax tpoġġi għeruq fondi, li ddeskrivieha bħala l-qalb superfiċjali u hemm l-art sponża li tixrob il-kelma t’Alla daqs kemm tixrob l-ilma.
Żied jgħid li bl-għajnuna tal-Mulej, il-bniedem jista’ jwarrab ix-xewk u l-ġebel u jippurifika qalbu.
Huwa għamel referenza għall-festa tal-Madonna tal-Karmnu fejn qal li l-Madonna tgħin lill-bniedem jippurifika qalbu u jiftaħ qalbu għal Alla.