UMANI - PROG 2 KATRIELUMANI tas-Sibt li ġej isegwi l-istorja ta' Katriel Zahra li issa għandu 16-il sena....4 snin wara li kienet saritlu intervista minn @Peppi Azzopardi u li biha kien ħasad pajjiż b'dak li għaddej minnu. Ilum Katriel għadu jbati? X'inhu għaddej minnu? Sab fejqan? Nsegwu aktar fil-programm tas-Sibt li ġej, 4.30pm fuq Television MaltaProduzzjoni u Preżentazzjoni: Maria La Barokka Muscat Direzzjoni: Godfrey Smith Filmat: Jan Mifsud Xagħar: Hair creations by Mandy bil-prodotti DIKSON by Noriva Ltd Make-up: Stage Line Makeup Malta
Posted by UMANI on Tuesday, January 5, 2021
Fil-programm tal-lum mis-sensiela Umani se nsiru nafu x’qed jiġri minn Katriel Żahra issa li għalaq 16-il sena.
4 snin ilu Katriel kien ħasad lil pajjiżna bit-tbatija li għaddej minnha minħabba l-marda rari Lupus.
Il-programm se jistaqsi x’qed jiġri minn Katriel issa? Baqa’ jmur skola minħabba l-Covid? Il-kundizzjoni tiegħu ggravat? Katriel jibqa’ jimpressjona bil-ħsibijiet maturi tiegħu.

Umani bi produzzjoni u preżentazzjoni tal-ġurnalista Maria Muscat jixxandar illum is-Sibt fl-4.30pm fuq TVM.