Filmat: Ġeru jaddotta pulizija

Sewwa jgħidu li huwa l-kelb jew il-qattus li jaddottak u dak li ġara fl-aħħar jiem lil pulizija li jaħdem fid-diviżjoni ta’ Los Angeles.

L-uffiċjali Mercado u Tavera kienu qed jagħġmlu xogħlhom iduru mat-toroq meta l-ġeru amr għal fuqhom u huma ddeċidew li ma jħalluhx waħdu u ħaduh magħhom fl-għassa tal-pulizija fejn mill-ewwel kien fiċ-ċentru tal-attenzjoni tal-uffiċjali kollha.

Iżda mat-tmiem tal-ġurnata, il-ġeru, minkejja li kien kuntent bl-attenzjoni li kien qed jingħata, kien diġà deċiż li kien se jkun ta’ wieħed mill-uffiċjali li ġabruh, Mercado.

Ritratt: LAPD

Il-ġeru, li ġie msemmi Hobard, wara l-isem tat-triq li nstab fiha, issa għandu min jieħu ħsiebu u grazzi għal LAPD l-istorja tiegħu issa qed tinxtered ma’ kull rokna tad-dinja permezz ta’ ritratti u filmati li d-dipartiment tal-pulizija ta’ Los Angeles qed ixerred fuq il-midja soċjali.