Filmat: “Ġentlom li dejjem għen bla daqq ta’ trombi’

Tilef il-battalja mal-kanċer Tony Borg, li fil-karigi diversi li kellu, dejjem kien magħruf għas-servizz kontinwu li kien jagħti lill-Għawdxin kollha.

Borg, li kien l-ewwel sindku tal-Fontana, kien ilu sitt snin jikkumbatti l-marda tal-kanċer fil-fwied u minkejja li għall-bidu t-tobba qalulu li kien se jmut fi ftit xhur, il-persistenza tiegħu u l-imħabba għall-ħajja żammitu ħaj għal aktar snin.

Il-midja soċjali dalgħodu kienet imfawra b’xita ta’ messaġġi sbieħ dwar Tony, ġejjin minn kull kamp politiku. Fosthom sellmulu l-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għal Għawdex Chris Said, l-eks kandidat għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Perici Calascione u s-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri.

Fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, il-kelliem għall-Oppożizzjoni għal Għawdex Chris Said, qal li kull Għawdxi huwa grat lejn Tony għaliex ħajtu kienet waħda ta’ servizz kontinwu għall-Għawdxin kollha. Spjega li f’kull kariga li okkupa Borg, dejjem kien lest li jilqa’, jisma’ u jgħin lil kulħadd. Skont Said, Borg kien għamel żmien jaħdem fl-uffiċċju tal-passaporti, kien kunsillier u għamel ukoll 15-il sena jaħdem fil-Ministeru għal Għawdex mal-eks Ministru Giovanna Debono. Said irrimarka kif Borg baqa’ dejjem pożittiv u jgħin lil kulħadd anke fis-snin li kien marid.

INSELLMULEK TONY U NIRRINGRAZZJAWK TA' KEMM GHAMILT MAGHNADalghodu ircevejna l-ahbar li halliena Tony Borg. Kull…

Posted by Chris Said on Sunday, December 30, 2018

Filmat: L-Istrina 2016