Filmat: “Ġejt indoqq f’Malta biex inferraħ lin-nies”

Luca ġie joqgħod Malta u jdur l-irħula Maltin biex idoqq fit-toroq, għax b’hekk inissel tbissima fuq fomm in-nies.

Luca, li huwa Taljan, qal lil Newsbook.com.mt li Malta huwa l-post ideali fejn seta’ jiġi jagħmel ix-xogħol ta’ busker, jiġifieri jdoqq fit-toroq, minħabba n-numru kbir ta’ turisti li jżuru lill-pajjiż. Huwa qal li meta jkun qed idoqq u jġiegħel lil xi ħadd jitbissem bil-mużika tiegħu, iħossu kuntent, u jħossu li laħaq l-għan tiegħu.

Huwa faħħar lill-Maltin li laqgħuh, u ħadd ma rrifjutah, u qal li l-Maltin huma nies ta’ qalbhom tajba.