Filmat ġdid ta’ x’fadal minn Grenfell Tower

Filmat ġdid ippublikat mill-pulizija Ingliża juri t-taraġ minn fejn ir-residenti ppruvaw jaħarbu Grenfell Tower li xahar ilu nħakem min-nirien, li ħallew mill-inqas 80 vittma.

Il-pulizija żvelaw li qed jagħrblu l-fdalijiet fil-binja biex isibu traċċi tal-vittmi li baqgħu ma nstabux.
Iktar tard illum mistennija ssir ċerimonja ta’ tifkira għall-vittmi tan-nirien li seħħew erba’ ġimgħat ilu.
Pulizija li kien xogħol dakinhar tan-nirien qal li ħsiebu kien li l-binja kienet se ċċedi u taqa’. Ħaddiema tat-tifi tan-nar bnew strutturi t’appoġġ f’għadd ta’ appartamenti minħabba li jistgħu iċedu.

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=ODpZrEHEqSM]