Filmat ġdid: Minn fejn bdiet il-ġlieda fl-MCAST?

Il-ġlieda li seħħet ilbieraħ fl-MCAST, ma kinitx l-ewwel tat-tip tagħha bejn l-istess persuni.
Filmat ieħor li rċieva Newsbook.com.mt juri ġlieda oħra li saret il-ġimgħa li għaddiet.
Tinstema’ konverżazzjoni bejn iż-żewġ tfajliet, b’waħda tgħid li wieħed mar fuqha u qalilha biex tilbes bħall-oħra, iżda hi rocker u l-istil tal-oħra ma jogħġobhiex.
Qaltilha wkoll li dak li għandha tgħidilha qed tgħidulha f’wiċċha, li minkejja ma jogħġobhiex kif tilbes, se tħalliha tilbes kif trid.
Kien f’dak il-mument li nfexxu jagħtu lil xulxin.
Persuni li tkellmu ma’ Newsbook.com.mt qed jallegaw li waħda mit-tfajliet qed tuża l-aċċessorji tagħha bħala arma biex tiġġieled. Semmew kif fost l-oħrajn tuża brazzuletta u ċurkett ippuntati u li darba oħra pruvat tolqot lil tfajla oħra b’sigarett f’wiċċha.
Ilbieraħ ma’ Newsbook.com.mt, kelliema għall-MCAST qalet li se tittieħed azzjoni dixxiplinarji kontra l-istudenti kkonċernati.