Filmat ġdid: Mill-qrib dak li ġara fl-inċident f’Paceville

Fuq il-mezzi soċjali qed idur filmat ġdid tal-inċident li seħħ fi klabb f’Paceville bejn is-Sibt u l-Ħadd li għadda, li ħalla 74 persuna midruba fosthom żewġ tfajliet fil-periklu tal-mewt.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-siegħa ta’ filgħodu, hekk kif ċeda ġenb ta' taraġ tal-ħġieġ tal-klabb Plus One.
B'kollox iddaħħlu l-isptar 16-il persuna u 30 oħra f'ċentri tas-saħħa fil-viċin. 
L-etajiet tal-midruba jvaraw minn 13 sa 25 sena.