Filmat: “Ġbidna ħabel wieħed f’inizjattiva b’risq ir-residenti tal-Kalkara” – Wayne Aquilina

TQASSIM TA' MASKRI B'XEJN FIL-KALKARA

🎥 Hekk kif tħabbar mill-awtoritajiet tas-saħħa li l-ilbies tal-maskri huwa obbligatorju f'ċertu postijiet, ħadt l-inizjattiva bħala Sindku tal-Kalkara, sabiex nħitu maskri li jitqassmu b'xejn lir-residenti tagħna. Il-Kalkara hija l-ewwel lokalita' f'Malta u f'Għawdex li qed tqassam ''self-made masks'' - maskri meħjuta mir-residenti stess u mqassma lir-residenti nfushom. Kburi b'din l-inizjattiva li turi l-impenn Kalkariż biex f'dawn iċ-ċirkostanzi nibqgħu nieħdu ħsieb xulxin.

Posted by Wayne Aquilina - Sindku tal-Kalkara on Saturday, May 23, 2020

Il-Kalkara hija l-ewwel lokalità f’Malta u f’Għawdex li qed tqassam ”self-made masks” – maskri meħjuta mir-residenti stess u mqassma lir-residenti nfushom. Dan tħabbar mis-Sindku Wayne Aquilina li qassam personalment dawn il-maskri li ġew meħjuta b’mod volontarju mir-residenti tal-Kalkara stess wara sejħa illi saret wara li tħabbar mill-awtoritajiet tas-saħħa li l-ilbies tal-maskri huwa obbligatorju f’ċertu postijiet.

“Kburi b’din l-inizjattiva li turi l-impenn Kalkariż biex f’dawn iċ-ċirkostanzi nibqgħu nieħdu ħsieb xulxin,” ikkummenta s-Sindku Wayne Aquilina.

Huwa rringrazzja lill-volontiera li ħietu l-maski, kif ukoll l-istaff, il-ħaddiema u l-kunsilliera tal-Kunsill tal-Kalkara li ġibdu ħabel wieħed b’risq ir-residenti tal-Kalkara.