Filmat: Ftit minuti qabel l-inċident tal-mutur f’Ħaż-Żebbuġ…

Ftit qabel ma seħħ l-inċident li fih sewwieq ta’ mutur weġġa’ wara ħabta ma’ vann f’Ħaż-Żebbuġ, is-sewwieq tal-mutur kien qed jieħu sehem f’filmat għall-promozzjoni tal-President’s Bike Ride.
B’kollox, mal-50 sewwieq tal-mutur ħadu sehem b’mod volontarju biex jinġibed dan il-filmat. Il-President’s Bike Ride se ssir biex jinġabru flus għall-Malta Community Chest Fund.
L-inċident seħħ ftit tal-minuti wara li ttieħed dan il-filmat.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7pm fi Triq is-Siġġiewi f’Ħaż-Żebbuġ.
Il-mutur kien qed jinstaq minn raġel ta’ 35 sena minn Ħal Luqa filwaqt li l-vann kien qed jinstaq minn żagħżugħ ta’ 25 sena minn Ħaż-Żebbuġ.
Il-kundizzjoni tas-sewwieq tal-mutur għadha mhix magħrufa.