Filmat: “Ftakar x’wegħedtni Tonin”

Wara tant stennija, l-aħħar 3 episodji tal-Għarusa ser jidhru fit-8, fil-15 u fit-23 ta' Settembru! :)

Wara tant stennija, l-aħħar 3 episodji tal-Għarusa ser jidhru fit-8, fil-15 u fit-22 ta' Settembru! :)

Posted by L-Għarusa on Tuesday, July 28, 2020

Kien hemm reażżjoni pożittiva lbieraħ wara li Newsbook.com.mt ħabbar id-dati li fihom se jkunu qed jixxandru l-aħħar tliet puntati mis-sensiela L-Għarusa u llum SharpShoot Media, it-tim tal-produzzjoni ta’ din is-sensiela popolari, nieda wkoll il-filmat promozzjonali li permezz tiegħu kkonferma li dawn se jintwerew it-Tlieta 8, 15 u 23 ta’ Settembru fl-8.50pm fuq TVM.

B’hekk se tkun qed tasal fi tmiemha l-ġrajja ta’ Bettina u nsiru nafu x’kien ġara tassew.

Bħalissa kull nhar ta’ Tlieta, TVM qed ixandar ir-repetizzjoni tal-episodji mit-tieni staġun mid-8.45pm ‘il quddiem. Kull nhar ta’ Tlieta qed jixxandru żewġ puntati wara xulxin.

Segwu l-filmat biex tkomplu tqanqlu l-kurżità.

L-Għarusa għandha kitba ta’ Audrey Brincat Dalli b’direzzjoni ta’ Steven Dalli, Justin Farrugia u Clive Piscopo.