Filmat: Frank Portelli jilmenta dwar dettalji ħżiena tat-tesserati tal-PN

Il-Kandidat għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista Frank Portelli qal li minn tal-inqas 10% tad-dettalji tat-tesserati tal-PN li għandu l-Uffiċċju Elcom,  mhumiex aġġornati.
Fi stqarrija, Dr Portelli lmenta li bagħat diversi imejls u SMSs iżda ma rnexxilux jikkomunika man-nies minħabba data żbaljata.
Huwa staqsa kif jista’ jilħaq u jikkomunika man-nies.
Temm jgħid li l-PN irid ikun ċert li għandu d-dettalji tat-tesserati korretti għax inkella l-Partit mhux se jirnexxilu jwassal il-messaġġ tiegħu.
Filmat: Uffiċċju Frank Portelli