Filmat: Jeħel 6 xhur ħabs talli sawwat mara

YouTube

Raġel li kien ta daqqa ta’ ponn lil mara quddiem stabbiliment f’Pariġi ingħata sentenza ta’ sitt xhur ħabs u multa ta’ €2,000 mill-Qorti Franċiża.

Filmat tal-attakk tal-istudenta Marie Laguerre infirex fuq il-midja soċjali u għen lil Franza biex tintroduċi multi kontra min jagħti fastidju sesswali lin-nies fit-toroq. L-akkużat se jkollu jirċievi wkoll trattament kontra l-vizzju tax-xorb u d-droga tiegħu.

Ir-raġel kien ġie arrestat f’Awwissu li għadda.