Filmat: Fr Rob b’messaġġ dwar Halloween

Hekk kif bosta tfal u adulti qegħdin jippreparaw għall-Halloween li jaħbat għada, Fr Rob Galea, is-saċerdot Malti fl-Awstralja wassal messaġġ permezz tal-paġna tiegħu fuq Facebook. 
Huwa beda billi fakkar li Halloween propja tfisser lejliet il-ġurnata li niċċelebraw il-jum tal-qaddisin. 
Fr Rob qal ukoll li l-użu tal-irjus tal-mewt fil-Halloween oriġinarjament kien sabiex iffakarna minn fejn ġejjin u fejn se mmorru. Fi kliemu, il-mewt tfakkarna wkoll li l-ħajja hi qasira u b’hekk għandna ngħixu ħajja tajba u feliċi. 
“Jien naħseb li m’hemm xejn ħażin billi l-kattoliċi jiċċelebraw il-Halloween, sakemm wieħed qed jiċċelebra mal-qraba u l-ħbieb, bħal trick-or-treating”.
Żied jgħid iżda li wieħed żgur m’għandux jigglorifika lix-xitan jew lil ġisem. “Igglorifika biss lil Alla”.