Filmat: Fondi Ewropej biex titranġa l-infrastruttura għas-sajjieda fix-Xlendi

Fil-Port tal-Imġarr u fil-bajja ta-Xlendi se jiġu riġenerati l-art fejn is-sajjieda jtellgħu d-dgħajjes tagħhom. Dan se jsir permezz ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea li kammontaw għal aktar minn €1 miljun.

Fi stqarrija il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li dawn iż-żewġ proġetti ġodda permezz tal-fondi Ewropej qed ikomplu juru l-impenn tal-Ministeru t’Għawdex li b’mod ħolistiku qed jindirizza l-bżonnijiet ta’ Għawdex. Hija semmiet li l-faċilitajiet ġodda għas-sajjieda qed iservu biex jiġu riġenerati siti differenti u joffru faċilitajiet ġodda għas-sajjieda. Daw jinkludu winċ ġdid, sistema ta’ distribuzzjoni ġdida tad-dawl u l-ilma u sistema ta’ CCTV kameras.

Flimkien mal-Ministru għal Għawdex kien hemm ukoll is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali Aaron Farrugia li qal li dan iż-żmien huwa interessanti għax l-infrastruttura ta’ Malta qed tiġi trasformatha għaż-żmien li ġej. Permezz ta’ dan ix-xogħol is-sajjieda se jkunu iktar siguri u jkollhom ambjent tax-xogħol aħjar.