Filmat: Floriana FC jiċċelebraw ir-rebħa tal-kampjonat

Read in English.

Floriana FC ġew iddikjarati Champions għall-kampjonat Malti 2019/2020 filwaqt li Nadur Youngsters ġew iddikjarati Champions tal-ewwel Diviżjoni tal-GFA.

Din id-deċiżjoni ttieħdet mill-Kunsill tal-MFA hekk kif il-kampjonat twaqqaf qabel iż-żmien minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

Il-partitarji tal-Floriana FC mal-ewwel marru fuq il-Fosos tal-Furjana fejn hemmhekk iċċelebraw din ir-rebħa b’għexieren ta’ persuni jxejru bnadar u jkantaw innijiet ċelebrattivi.

L-Assistent tal-Pulizija indirizza l-folla preżenti u waqqaf iċ-ċelebrazzjonijiet. Huwa qal li ħadd mhu ‘l fuq mil-liġu u għaldaqstant qal li dawn iċ-ċelebrazzjonijiet kienu spontanja u ma jistgħux jsiru b’mod uffiċjali.

Il-kelliem tal-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li għadd ta’ uffiċjali marru fuq il-post x’ħin saru jafu li qiegħdin isiru dawn iċ-ċelebrazzjonijiet spontanja. Ikkonferma wkoll li bdew ikellmu lin-nies biex jitilqu għall-ġid u s-saħħa tagħhom.