Filmat: Flimkien b’Solidarjetà rrekordjata mill-ġdid

Flimkien B'Solidarjeta 2020

Din id-diska ilha 25 sena li ħarġet, mill-1995. Iżda l-kliem huma validi sal-lum il-ġurnata, speċjalment din is-sena.Din is-sena ħaqqna ġurnata tal-Milied oħra, u għal ħafna pazjenti, L-Istrina hija l-ikbar rigal li jistgħu jirċievu. Flimkien B'Solidarjetà, nistgħu ngħinu ħafna familji.F L I M K I E N B' S O L I D A R J E T À (2020)Kliem: Joe Saliba Mużika: Vince Fabri Arranġament: Elton Zarb Produzzjoni: WickedandLoudL-Istrina l-għada tal-Milied 26/12/2020 #flimkienbsolidarjeta #milied #listrina #mccff #grazzi #iktarminnqattqabel #ġimgħaoħra #7tijiemPamela Bezzina Glen Vella Glen Vella Amber Bondinondin Amber Debbie Scerri Ira Losco Kersten Graham Nadine Axisa Matthew James Borg Megan Caruana FAITH - Five Are In The House Kyle Cutajar Jasmine Abela Aidan Cassar Michela Pace Gaia Cauchi Ludwig Galea Karen Ellul @Samuel Farrugia @Nigel Spiteri Cutajar Malcolm Marilyn Cutajar Mary Rose Farrugia Vince Fabri Megan Caruana Chanelle Borg Zarb Demi Galea Ema Vella Maya Sesay Jade Vella Nicole Vella

Posted by L-istrina on Saturday, December 19, 2020

25 sena wara li tnediet għall-ewwel darba, illejla il-Malta Community Chest Fund nediet il-verżjoni ġdida tal-kanzunetta Flimkien B’Solidarjetà li Joe Saliba kien kiteb fl-1995 b’mużika ta’ Vince Fabri. L-arranġament mużikali tal-verżjoni l-ġdida kien f’idejn Elton Zarb għal WickedandLoud.

Numru kbir ta’ kantanti magħrufa taw is-sehem tagħhom f’din il-verżjoni ġdida ta’ dik il-kanzunetta li ilha tul dawn is-snin kollha sinonima mal-ġurnata fejn il-Maltin juru solidarjetà u ġenerożità ma’ dawk li jinsabu fil-bżonn.

L-istrina se tkun qed issir bħas-soltu l-għada tal-Milied u l-organizzaturi rrimarkaw li minkejja li l-kanzunetta ilha 25 sena li ħarġet, il-kliem huma validi sallum il-ġurnata, speċjalment din is-sena.

“Din is-sena ħaqqna ġurnata tal-Milied oħra, u għal ħafna pazjenti, L-Istrina hija l-ikbar rigal li jistgħu jirċievu. Flimkien B’Solidarjetà, nistgħu ngħinu ħafna familji,” temmew jgħidu l-organizzaturi fil-messaġġ tagħhom fil-paġna ta’ L-Istrina.

L-Istrina se tkun qed tixxandar fuq l-istazzjonijiet lokali kollha s-Sibt 26 ta’ Diċembru bejn nofsinhar u nofsillejl.

Flimkien se nkunu nistgħu nagħmlu differenza!