Filmat: F’liema kanzunetta kantat l-aħjar Michela?

Matul Xfactor Malta Michela Pace kantat total ta’ 11-il kanzunetta. Matul dan il-vjaġġ hija wriet it-talenti mużikali tagħha għal mod kif kantat diversi ġeneri differenti ta’ mużika.

Fl-auditions Michela Pace kienet għażlet li tkanta ”Total Eclipse of the Heart“ fejn Ira Losco dehret emozzjonatha ħafna waqt din il-kanzunetta. Il-kummenti tal-ġurija kienu pożittivi għal mod kif interpretatha u kkummentaw li minkejja l-età tagħha hija kienet kapaċi tkanta u tagħti interpretazzjoni moderna lill-kanzunetta li tkun qed tkanta.

Waqt il-boothcamp Michela Pace kantat il-kanzunetta ”The Story“ fejn fil-kummenti tiegħu Ray qallha li tat interpretazzjoni perfetta ta’ din il-kanzunetta.

Waqt l-interpretazzjoni ”Praying“ fis-six chair challenge hija kellha kummenti pożittivi minn kull membru tal-ġurija u saħansitra Ira Losco kienet qaltilha li li kieku kellha tniedi kunċert hija kienet tixtri l-biljetti tagħha minnufih.

Michela baqgħet għaddejja u għaddiet biex tkanta fid-dar tal-ġurija f’dan il-kas ta’ Howard. Hija kantat il-kanzunetta ”Turning Tables“ u hawn Howard qallha li vokalment l-interpretazzjoni kienet tajba iżda ħass li Michela ma kantatx minn perspettiva personali. Madanakollu Howard kien ta ċ-ċans u wriet li kienet lesta għall-isfida.

Waqt l-ewwel serata live hija kantat ”Lost on You“ fejn kellha kummenti pożittivi mill-ġurija u s-sapport sħiħ mill-udjenza. Fit-tieni serata live Michela kantat il-kanzunetta “The Power of Love” fejn hawnhekk is-sapport ma naqasx.

 

Fl-aħħar serata live Michela interpretat żewġ kanzunetti l-ewwel waħda hija “I don’t miss a thing” u t-tieni diska hija Shallow. Fiż-żewġ kanzunetti hija tat interpretazzjoni mill-aqwa u dan wassal biex nhar is-Sibt li għadda kienet fil-finali.

 

Għall-finali Michela kantat erba kanzunetti l-ewwel waħda kienet l-istess kanzunetta li kantat fl-auditions; “Total Eclipse of the Heart”. It-tieni kanzunetta li interpretat kienet ma’ Joseph Calleja bl-isem ta’ “Perfect Symphony”. L-għażla ta’ Michela għal kanzunetta Maltija kienet “Inti Djamant” u l-aħħar kanzunetta li kantat kienet “Shallow”.

Dawn il-kanzunetti waslu biex Michela Pace tirbaħ l-ewwel edizzjoni ta’ Xfactor Malta u għalhekk se tirrapreżenta lil Malta fil-Eurovision f’Kiev, f’Mejju li ġej.

U inti liema hi l-aktar kanzunetta li għoġbitek minn dawk li kantat Michela tul din is-sensiela?