Aġġornata: Imut il-flamingu salvat minn ma’ wajer tad-dawl

Il-flamingu li rnexxielhom isalvaw l-uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili l-lejl li għadda tilef ħajtu ftit wara.

Kelliema minn BirdLife Malta kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-flamingu kien tilef wisq demm, u li l-ġrieħi tiegħu kienu severi wisq. Meta l-voluntiera tal-BirdLife ħaduh għand il-veterinarja, din qaltilhom li se jkun impossibbli li ssalvah.

Flamingo Rescue

Flamingo Rescue

Posted by Civil Protection Malta on Saturday, August 18, 2018

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili lbieraħ irnexxielu jsalva flamingu li nqabad f’wajer tad-dawl qrib Popeye’s Village.

Il-flamingu nqabad f’wajers ta’ 33KV, u tal-Protezzjoni Ċivili kellhom bżonn l-għajnuna tal-Enemalta, li tfew l-elettriku biex jeħilsu lill-flamingu minn kwalunkwe riskju ta’ xokk.

Ladarba rnexxielhom isalvaw il-flamingu, dan ingħata lill-voluntiera tal-BirdLife Malta.