Filmat: Żewġ fkieren lura lejn darhom!

Aktar kmieni dalgħodu inħelsu żewġ fkieren mill-bajja tal-Ġnejna wara li reġgħu kisbu saħħithom lura.

Nature Trust ħadet ħsieb u kkurat lil dawn il-fkieren fil-Forti ta’ Santa Luċija sakemm irkupraw u kienu tajbin biżżejjed biex imorru lura fil-baħar.

L-ewwel fekruna bl-isem ta’ Popeye għandha madwar ħames snin. Hija nstabet il-Mellieħa u kienet imkebba fi bċejjeċ tas-Sajd. Kienet qed issofri wkoll minn infezzjoni fil-pulmun wara ammont ta’ plastik li belgħat.

It-tieni fekruna li kienet meħlusha llum hija Catherine li nstagħbet daqs 3km ‘l barra mill-kosta tal-Armier. Din kienet milquta minn dgħajsa u għalhekk il-qoxra tagħħha spiċċat diformata. Il-kura, biex terġa’ tkun tista’ tmur lura fil-baħar, ħadet madwar 8 xhur.

Preżenti għal din l-attività kien hemm il-Ministru għall-Ambjent, il-Kummissarju Għoli Ingliż u l-Ambaxxatur Franċiża.

Nature Trust għamlet appell biex il-pubbliku jkun responsabbli, u ma jarmix barra.