Filmat: Fjuri u xemgħat għal DCG fil-Belt Valletta

Il-qraba u l-ħbieb tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia li ġiet assassinata t-Tnejn li għadda inġabru quddiem il-monument tal-assedju fil-Belt Valletta biex jiltaqgħu man-nies li jixtiequ jwasslu l-kondoljanzi tagħhom u l-messaġġi tagħhom b'dedikazzjoni għal Caruana Galizia.
L-organizzaturi qalu li l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia ma kienx sempliċiment att brutali iżda assalt dirett fuq id-demokrazija. Qalu li issa huwa l-ħin li fih l-poplu għandu jqum u jsemma’ leħnu. Saħqu li mhux se jiġu msikkta.
Il-qraba u l-ħbieb tal-ġurnalista qalu li mis-1pm sa’ tard filgħaxija, il-pubbliku jista’ jmur quddiem il-Qorti u jieħu miegħu kartolini, fjuri, u xemgħat.
Filmat/Ritratt: Stephen Deguara