Filmat: Fjamingu jinżel jiffriska fir-Ramla

Fjamingu niżel fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra f’Għawdex illum.

Ritratti u filmati li waslu għand Newsbook.com.mt juru lil dan l-għasfur fl-ilma f’din il-bajja ramlija.

Skont is-sit Birding  in Malta, il-fjamingu huwa għasfur rari f’Malta. Is-soltu jinżel waħdu jew ikun parti minn grupp żgħir ta’ fjamingi.

Fl-2015, fjamingu kien niżel is-Salini għall-kenn.

Filmat: Theresiene Refalo