Filmat: Firmino tgħammed f’ċerimonja li saret id-dar tiegħu

Instagram: Roberto_Firmino

Roberto Firmino u sieħbu Alisson Becker qabżitilhom demgħa wara li l-attakkant ta’ Liverpool tgħammed f’ċerimonja li saret fid-dar tiegħu stess. Grupp sħiħ ta’ familja u ħbieb, inkluż il-midfielder Fabinho, kienu xhieda tal-magħmudija ta’ Firmino.

Fil-filmat Firmino jidher jinżel fil-pool u ftit mumenti wara jinżel fl-ilma bħala sinjal tal-magħmudija. Jgħinu kien hemm ukoll Alisson. Kif reġa’ tela’ għannaq lil martu Larissa u deher emozjonat b’dak li kien għadu kif ġara. Alisson ukoll jidher emozzjona ruħu.

Iċ-ċerimonja tmexxiel minn kantant tal-gospel Brażiljan Isaias Saad u kellu miegħu grupp ta’ kantanti. Il-maġġoranza tal-persuni li kienu preżenti kienu libsin il-flokk b’salib u qalb fuqu.

Firmino li għandu 28 sena, kien iżżewweġ lil martu Larissa fi knisja Kattolika ġewwa l-Brażil f’Ġunju tal-2017. Issa ingħaqad mall-grupp evanġeliku Hillsong li anka Alisson huwa parti minnu.