Filmat: ​Film Malti jirbaħ il-premju tal-ġurija fl-Expo

Film qasir bi produzzjoni Maltija rebaħ l-premju tal-ġurija popolari fil-Movie Edition tal-Expo ta’ Milan.
Future Peel għandu produzzjoni ta’ HandsOn Malta School of Filmmaking u hu miktub minn Samantha Cassar Ellis, b’direzzjoni ta’ Mirko G Rauso.
Fuqu ħadmu wkoll l-assistent direttur Sefora Mannino, Matthew Debono u Alexandra Petrova.
Ikkompeta ma’ 60 film ieħor minn madwar id-dinja u fl-aħħar, irnexxielu jirbaħ lid-disa’ finalisti l-oħra. Il-premju tħabbar ilbieraħ filgħaxija f’ċerimonja gala f’Milan.
It-tema tal-film torbot mat-tema tal-Expo ta’ din is-sena, dwar il-kultura tal-ikel, b’messaġġ qawwi li tibdiliet żgħar fit-tagħlim fid-dar jgħin b’mod sħiħ biex tintlaħaq is-sostenibilità tal-ikel fid-dinja. 
Tista' tara l-film qasir sħiħ f'din il-paġna.