Filmat: Film epiku għat-tenur Malti Joseph Calleja

It-tenur Malti ta’ fama nternazzjonali Joseph Calleja se jkun qed jieħu sehem f’dak li qed jiġi deskritt bħala l-ewwel film epiku li għandu produzzjoni Maltija.

Il-film epiku bit-titlu ‘Adormidera’ mistenna jitnieda fis-swali taċ-ċinema fit-tnejn t’Ottubru li ġej.

Dan il-film inġibed kollu kemm hu f’Malta bis-sehem ta’ diversi atturi Maltin. Il-produzzjoni ta’ dan il-film involviet madwar 150 persuna Maltija bejn atturi u dawk responsabbli minn aspetti oħra. Din qed titqies ukoll bħala waħda mill-akbar produzzjonijiet ċinematografiċi lokali.

Fil-filmat tista’ ssegwi t-trailer tal-film ‘Adormidera’.