Filmat: “Filli se mmut u filli se nsir nanna”

Sibtek tas-Sibt li gej titilfux 🌟❤️

Posted by Sibtek on Monday, January 13, 2020

Edizzjoni oħra tal-programm Sibtek immexxi minn Ryan Borg u Josmar fejn illum se jitwasslu bosta stejjer fosthom dik tal-attriċi Marisa Calleja Zahra li narawha bħala omm Erminia fis-sensiela li TVM ixandar nhar ta’ Tnejn F’Ġieħ L-Imħabba. Hija se tkun qed tiftaħ qalbha dwar l-agħar żmien ta’ ħajjitha.

Ritratt: Ivan Borg

Fl-istudjo se naraw ukoll lil uliedha hekk kif ukoll titkellem dwar meta “filli se mmut u filli se nsir nanna”.

Jeff Francalanza u Alan Darmanin

Matul l-istess program niltaqgħu mal-koppja Jeff Francalanza u Alan Darmanin, li se jitkellmu fuq bosta artisti.

Patrick Tanti u Cristina Bellizzi

Se niltaqgħu wkoll ma’ Patrick Tanti li konna naraw fl-ewwel episodji tas-sensiela F’Ġieħ l-Imħabba. Illum waqt Sibtek se narawh ma’ Cristina Bellizzi. Jitkellmu dwar kif sabu u aċċettaw lil xulxin.

Ritratt: Fotoclassic

Ukoll f’Sibtek Marika Caruana Smith li titkellem dwar il-ħajja personali tagħha waqt li ma jonqosx ukoll l-element ta’ sorpriża hekk kif Mauro Kitcher jibgħat lil ommu fuq cruise, imma ma jafx li hemm sorpriża tistenna lilu.

Ritratt: J.J. Chircop

Sibtek jixxandar fuq TVM fis-12.45pm.