Filmat: Fil-politika trid tipprova tifhem lil kulħadd – Borg Knight

Il-kandidata tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Roselyn Borg Knight qalet li fil-politika wieħed irid jipprova jifhem lil kulħadd.

Waqt sensiela ta’ intervisti ma’ diversi kandidati għall-Elezzjonijiet tal-PE, Borg Knight qalet li tipprattika bħala avukata li tispeċjaliżża fil-liġi tax-xogħol u li tkun tista’ tikkontribwixxi fl-Ewropa f’dak il-qasam. Fil-fehma tagħha, sfida partikolari fil-qasam tax-xogħol huwa l-bilanċ bejn il-protezzjoni tal-ħaddiema u l-għajnuna li jingħata min iħaddem.

Qalet li l-Ewropa mhix perfetta però li huwa importanti li n-nies jaraw l-benefiċċju tagħha.
Dwar Brexit, Borg Knight qalet li l-midja fir-Renju Unit kienet tagħti impressjoni mod tal-Ewropa li ma kinetx preċiża.

Tista’ taqra aktar dwar il-kampanja elettorali minn hawn.