Filmat: “Fil-pjazza hemm baħħ mingħajr nies”

Date Band (David and the Elites) fl-aħħar ġranet għadhom kif irrekrodjaw il-kanzunetta Ħu Ħsieb Moħħok Hemm ta’ Alfred C. Sant. Il-kanzuentta titratta s-sitwazzjoni li bħalissa ninsabu fiha f’dan il-eprjodu kaġun tal-pandemija tal-Covid-19.

Il-filmati huma ta’ Claudio Theuma Castelletti u David Sammut b’muntaġġ ta’ David J Sammut. Il-pjanista u arranġatur ta’ din il-kanzunetta huwa wkoll Castelletti.

Il-membri ta’ Band Date huma George Bonello u Simon Farrugia.

Permezz ta’ din il-kanzunetta huwa qed iwasslu messaġġ biex kulħadd jibqa’ moħħu hemm u jieħu ħsieb. Jissemmew ukoll il-ħwienet u pjazez fejn bħalissa huma battala. Jgħidulna li jekk nieħdu ħsieb jerġa’ jiġi kollox għan-normal.