Filmat: “Fil-ksieħ tal-muntanji fil-Gwatemala niftakru fis-sinifikat tal-Milied”- missjunarju Għawdxi

Fr José Camilleri, missjunarju Malti fil-Gwatemala, qal li fil-ksieħ tal-muntanji tal-Gwatemala, jiftakar fis-sinifikat veru tal-Milied, peress li Ġesù twieled fil-kesħa u fil-faqar.

Waqt intervista fuq il-programm Follow Up ma’ Fr Joe Borg fuq RTK 103 FM, Fr Camilleri qal li fil-Gwatemala għandhom ukoll id-drawwa tal-quddiesa ta’ nofsillejl, u li l-katekisti jagħmlu minn kollox biex iżommu ambjent liturġiku ħaj.

Fr Camilleri qal li hemm bżonn kbir ta’ voluntiera missjunarji tobba u infermiera, għaliex dejjem jiġu bżonn l-għajnuna medika.

Huwa ilu fil-missjoni fil-Gwatemala għal dawn l-aħħar 26 sena, u għandu 85 sena.