Filmat: Id-droga fil-festi

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=awkk6RhoyG4]

Biex tieħu gost fil-festa tar-raħal m’hemmx bżonn tieħu d-droga.
Dan huwa l-messaġġ tal-Għaqda tal-Briju Tal-Qala.
Fl-okkażjoni tal-10 snin anniversarju mit-twaqqif tal-Għaqda, nedew filmat biex jistiednu n-nies jesperjenzaw il-gost tal-festa mingħajr ma jieħdu d-droga.
Fil-festa li jmiss mur ħu gost fil-marċ u ċċelebra mingħajr ma tirrikorri għad-droga.
Filmat: Għaqda tal-Briju Tal-Qala
Ritratt: Ian Noel Pace