Filmat: Fid-dar ta’ Lawrence u Maronia

Sibtek speċjali mimli VIP HOUSES ta’ personalitajiet maltin ❤️#stayhome #staysafe #watchsibtek #viphouses #togetherwecan #sibtek #sibtek11 #Nieħduħsiebxulxin

Posted by Sibtek on Monday, April 20, 2020

Wara r-rispons enormi tas-Sibt li għadda, Sibtek illum jissokta b’aktar “VIP Houses”  fejn permezz ta’ filmati minn ġewwa id-djar ta’ bosta atturi, preżentaturi, sportivi u artisti se nsegwu l-istill ta’ ħajja ta’ kif jgħixu u niltaqgħu wkoll mal-pets tagħhom.

Fuq kollox illum Sibtek se jdur bosta lokalitajiet permezz tal-“VIP Houses”, tista’ tara l-mod kif jgħixu, kif jarmaw id-dar, xi still iħobbu u r-rikordji li ġemmgħu matul iż-żmien.

Sibtek qed jibqa’ jżommlok kumpannija anke f’dawn iż-zminijiet fejn programm televiżiv bħal dan qed ikun ta’ kumpannija kbira għal ħafna Maltin u Għawdxin.

Sibtek jixxandar fis-12:45pm fuq TVM.

Il-programm jista’ jibda’ ftit aktar tard milli skedat jekk ikun hemm xi xandir ta’ aġġornament dwar is-sitwazzjoni preżenti tal-Covid-19.