Filmat: “F’Ħal Far ġieli nkunu 10 min-nies reqdin f’kontejner żgħir”

B’ton rassenjat u mimli dieqa, Mahdi* u Samiir* jitkellmu dwar l-esperjenza tagħhom f’Malta wara li ħarbu mis-Somalja ftit inqas minn sentejn ilu.
Ma’ Newsbook.com.mt, dawn iż-żewġ nisa Somali jgħidu x’jgħaddu minnu n-nisa meta jħallu kollox warajhom u jaqsmu d-deżert bit-tama li jsibu ħajja aħjar f’pajjiż ieħor.
Jgħidu li wara iktar minn sena u nofs jinżammu f’detenzjoni f’Ħal Far, issa tilfu kull tama li ħajjithom tista’ qatt tinbidel.
Jiddeskrivu l-ħajja tagħhom fiċ-Ċentru ta’ Ħal Far bħala “diffiċli ħafna.” Jinsabu mdejqin għax ħallew lill-familji tagħhom warajhom u fl-istess ħin huma nkwetati għax qed jiċċaħħdu milll-libertà tagħhom.
Mahdi u Samiir jgħidu li l-ikel u l-ilma li jingħataw fiċ-Ċentru mhumiex tajbin. Jirrakkontaw ukoll kif ġieli jkunu għaxra min-nies reqdin f’kontejner żgħir.
Itemmu jgħidu li f’dawn il-kundizzjonijiet tilfu kull tama li xi darba għad ikollhom futur daqxejn aħjar.
Filmat: Reel8 Productions
* L-ismijiet huma fittizji sabiex tinżamm il-privatezza tagħhom