Filmat: F’Ġieħ L-Imħabba jqajjem diskussjoni

L-episodju tal-bieraħ filgħaxija tas-sensiela F’Ġieħ L-Imħabba qajjem diskussjoni mhux ħażin fuq il-midja soċjali, hekk kif imissu jqajjem kull rakkont interessanti.

Dan hekk kif l-istorja issa qabżet għal 30 sena wara dak li kien ġara s’issa.

Ħafna nies donnhom  taw x’jifhmu li f’daqqa waħda nħolqu ħafna mistoqsijiet li għadhom mhux imwieġba fosthom x’sar minnhom Francesca u Totò? X’kien id-destin ta’ Francesca?  Irnexxilha twelled u ssalva ħajjitha? It-tarbija li kellhom għexet? X’kellhom tifel jew tifla? U jekk iva x’ġara minn din it-tarbija 30 sena wara?

Imma nsomma ġara x’ġara wieħed għad irid jara jekk l-aħħar kliem li qalet Francesca lil Antonino biex ma’ javdax lil ħuh Giuseppe, ħadhomx bis-serjetà u jekk iva x’kienu il-konsegwenzi ta’ dan kollu?

Fil-każ tad-droga li minħabba fih Giuseppe qatel lil kuġinuh Gaetano u lil martu Karmelina, min kien qed jinganna lil min?

U bħal ma’ jiġri fil-ħajja ta’ kulħadd wara 30 sena l-affarijiet jinbidlu… in-nies ukoll. 

Għalhekk wara 30 sena naraw kif it-tfal kibru u jidher li fid-dar ta’ Giuseppe Cuppola hemm ukoll Elena, bint Giuseppe u  Concetta li ngħaqdet ma’ Salvatore u Sergio (it-tifel ta’ Gaetani li addottaw).

Hekk ukoll naraw familja oħra fin-negozju tat-tessuti nmexxijja minn Emilio Garsena bl-intriċċi kollha li jġibu magħhom nies li jaħdmu miegħu bħal Erminia, Berto u Ġużi. Min huma dawn il-karattri? X’rabta għandhom mal-passat? Kif se jiżvolġi l-preżent? Dawn u ħafna affarijiet oħra huma s-sisien ta’ dak kollu li jagħmel F’Ġieħ l-Imħabba dak li hu.

Fid-dawl tal-kummenti, l-awturi tas-sensiela Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa kkummentaw fuq il-paġna Facebook tas-sensiela F’Ġieħ L-Imħabba donnom ikkonfermaw dak li qed nghidu ahna u ghalhekk dak kollu li ġara fil-puntata tal-bieraħ għandu konnessjoni mal-istorja li bdiet isseħħ tletin sena ilu.

Ritratt: Facebook/F’Ġieħ l-Imħabba

Intant nhar it-Tnejn li ġej tkompli l-istorja ta’ F’Ġieħ L-Imħabba fuq TVM fid-8.50pm.

X’relazzjoni hemm bejn Emilio u Erminia? X’inhu jiġri fl-imwarrab? Niltaqgħu ma’ Laura… il-mara ta’ Emilio… x’ħolma għandha għal Jean it-tarbija li qed jistennew? Elena kellmet lil Salvatore dwar Sergio. X’qaltlu? Laura għandha sorpriża għal Emilio. X’inhi? Salvatore fetaħ qalbu ma’ Elena. X’qalilha? Min kien qed jissemma’? X’għamel Riccardo? Min hu Silvio? Salvatore kien sejjer jiekol. Min mar jgħidlu b’urġenza biex imur miegħu?