Filmat: F’Għawdex ma fadalx każi attivi ta’ coronavirus – Prof. Gauci

Steward Health Care

Is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika ħabbret li f’Għawdex ma fadalx każi attivi ta’ coronavirus.

Il-Professur Charmaine Gauci kienet qed twieġeb mistoqsija minn Newsbook.com.mt dwar Għawdex waqt konferenza tal-aħbarijiet dalgħodu.

S’issa ġew reġistrati madwar 20 każ ta’ COVID-19 f’Għawdex. Dawn kollha fiequ.

Madanakollu, il-Konsulent tal-Ġenetika u l-Fiżjoloġija, il-Professur Christian Scerri qal li jikkalkula li hemm mal-500 persuna oħra f’Malta li għandhom jew kellhom il-coronavirus.

L-awtoritajiet tas-saħħa qed jibqgħu jappellaw lin-nies biex isegwu l-miżuri kollha li ħarġu s’issa.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn