Filmat: Fettillu jwaqqa’ mutur fis-satra tal-lejl

Sid ta' mutur qed jappella lill-pubbliku biex jidentifika żagħżugħ li fil-lejl ta' bejn il-Ħadd u t-Tnejn kien għaddej mit-triq u bla ebda raġuni ddeċieda jwaqqa' l-mutur li kien ipparkjat barra.

Il-każ ġara għall-ħabta tas-2.30 ta' filgħodu.

Fil-filmat jidher żagħżugħ miexi, jieqaf biex jimbotta l-mutur u jkompli l-mixja tiegħu qisu xejn mhu xejn.