Filmat: “Festival li se jkun il-mera tal-mużika Maltija” – Paul Abela

“Mhu se neskludu lil ħadd. Irridu n-nies ta’ qabel u dawk ġodda,” hekk qal maestro Paul Abela b’riferenza għall-festival Mużika Mużika – Festival Kanzunetta Maltija li se jkun qed jitwassal fuq tlett serati bejn it-18 u l-20 ta’ Marzu 2021.

Huwa jispjega li għal dan il-festival it-tim organizzattiv qed jittama li jattira mużika ta’ kull ġeneru u għaldaqstant anke l-premjijiet huma attrajenti proprju fi żmien li ħafna artisti qed ibagħtu minħabba fil-Covid-19. Dan apparti li dan il-festival qed jiġġenera ħafna xogħol fir-recording studios.

X’se jkun qed jagħmel dan il-festival aktar speċjali minn festivals oħra?

Segwi l-intervista sħiħa fil-filmat f’din il-paġna, filwaqt li għal aktar dettalji dwar il-festival żur is-sit muzikamuzika.org. Is-sottomissjonijiet se jkunu qed jintlaqgħu bejn it-28 u t-30 ta’ Ottubru.

Muntaġġ: Sarah Salafia