L-ambjentalista Alan Deidun tella’ filmat fuq Facebook li juri żewġ uffiċjali ta’ Transport Malta jsalvaw fekruna li nqabdet fil-plastik.
Il-fekruna nstabet qrib Kemmuna.
Il-Professur Alan Deidun se jinħatar bħala l-Ambaxxatur Malti għall-Oċeani. Din il-ħatra se ssir wara s-sejħa tan-Nazzjonijiet Maqgħuda biex is-snin 2021 sal-2030 jiġu dikjarati d-deċennju tax-xjenza tal-oċeani u l-iżvilupp sostenibbli.
Filmat: Pedja Miletic