Filmat: Fejn tinsab Erminia?

Fl-epiosdju tal-lejla ta’ F’Ġieħ L-Imħabba se naraw lil Giuseppe jitlob lill-kulħadd biex imorru jieklu l-kolazzjon flimkien. Elena tidher irrabjata, imma wara kollox x’kien hemm daqshekk urġenti biex Ġiuseppe jqajjem lill-familja kollha kmieni?

Erminia titkellem ma’ missierha dwar dak li kien ġara ma’ Gaspare. X’se jintqal?

Giuseppe x’se jgħidlu lil Sergio wara li telaq kulħadd? X’se jistaqsih Sergio u għaliex se jħossu komdu?

Ġużi tmur għand missierha. X’se tgħidlu dwar Laura u r-raġel tagħha?

Karla tmur fid-dar ta’ Salvatore. Xi trid tgħidlu? Dwar xiex se jitkellmu Federico u Giuseppe?

Fejn qiegħda Erminia? X’inhi tagħmel u xi trid tkun taf?

Ritratt: Ivan Borg

Dan hu dak li ġara fil-puntata tal-ġimgħa l-oħra:

F’Ġieħ L-Imħabba għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa fuq produzzjoni ta’ Rewind. Jixxandar illejla, it-Tnejn 10 ta’ Frar, fuq TVM fid-8.50pm.