Filmat: “Fejn tidħol il-familja tiegħi weġġgħuni” – Angela

Fl-edizzjoni tal-lum ta’ Sibtek se niltaqgħu ma’ bosta stejjer kurjużi, emozzjonali, ta’ kuraġġ u oħrajn li jqanqlu tbissima.

Illum fost ħafna nsibu lit-‘tik toker’ Tereża fejn se titkellem fuq it-telfa ta’ ommha u l-kuraġġ li sabet biex tagħmel filmati fil-midja soċjali li jqanqlu tbissimha.

L-attur Carlos Farruġia se jitkellem fuq il-qagħda preżenti tat-teatru u fil-post kurjuż li ltaqa’ mas-sieħba tiegħu filwaqt li l-kantanta Brooke Borg se tiżvela mat-telespettaturi id-dehra l-ġdida tagħha.

Ma jonqsux ħafna logħob fosthom The Box il-Moda Challenge, il-mużika f’idejn il-kantanta Kylie u ż-żgħażagħ residenti ppreparaw bosta sfidi u mistoqsijiet għal dawk kollha li se jkunu mistiedna waqt Sibtek tal-lum.

Angela Coleiro se titkellem fuq il-messaġġi ta’ mibegħda li rċeviet.

Sibtek se jagħmel kollegament mad-dar ta’ Christopher u ommu Agnes, magħrufin iktar fil-midja soċjali bħala l-Kaboċċ u x-Xwejħa, fejn Christopher se jagħmel ċajta lil ommu …u mhux ta min jitlifha.

Sibtek jixxandar fis-1.15pm fuq TVM.