Filmat: Ma’ min sejra toqgħod Amelia?

Illejla fid-8.50pm TVM se jkun qed ixandar puntata oħra tas-sensiela L-Għarusa b’kitba ta’ Audrey Brincat Dalli u produzzjoni ta’ Sharp Shoot Media.

Naraw kif Maria Angela tipprova titkixxef mingħand Bettina fuq fejn qiegħed Dottore Amadeo però Bettina ma tiħodhix tajjeb wisq.

Ir-relazzjoni bejn Bettina u Tonin qiegħda titjieb. Bettina tinħass aktar libera fi kliemha miegħu.

Paula Mintoff bħala Amelia. Ritratt: Reno Rapa

Arturo jkellem lil Amelia u jgħidilha li se tmur xi ftit ġranet għand is-sorijiet iżda Amelia tirrispondieh lura u lil Arturo taħsdu b’li tgħid.

Tash tgħid li Liz li mill-iscans li saru fuq il-libsa jidher li l-libsa kellha xi tgħid ħafna aktar. Iżda jiskopru li jridu permess sabiex jiskopru aktar. Il-messaġġ ta’ Amelia wasal għand Bettina u Enrico – imma issa x’inhu l-pjan li jmiss?