Filmat: Feel Alive mal-kantant Malti Rikki Lee

Il-kantant Malti Rikki Lee li għamel żmien jgħix Londra għadu kif ħareġ single ġdiida Feel Alive b’kollaborazzjoni mad-deejay Malti Mr M. Din is-single għandha wkoll kollaborazzjoni ta’ xogħol bil-kitarra ma’ David Torreggiani.
Feel Alive, li hija dwar l-imħabba, mistennija tkun inkluża mal-aqwa kanzunetti fiċ-charts lokali, kif ukoll f’Londra u l-Ġermanja. 
Għal xi żmien, Rikki Lee kien jikteb il-mużika u anke kien frontman ta’ band partikolari. Minn dak iż-żmien ipproduċa żewġ kanzunetti popolari tiegħu Lies u Smile
Dan il-kantant jiffoka fuq kitba ta’ lirika mużikali popolari għall-kant u żfin.
Ritratt: David dp Attard